​Ġieli smajt minn uliedek il-kelma “Tindaħallix”?

Jekk inti ġenitur u ġieli smajt minn uliedek il-kelma “Tindaħallix!” allura forsi titħajjar tattendi konferenza li se tiġi organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
It-tema li ntgħażlet għal din is-sena hija “TINDAĦALLIX! Kif nifhem lil uliedi adolexxenti” u din il-konferenza se ssir is-Sibt 24 ta’ Jannar fil-5.30pm f’Villa Fiorita fil-limiti ta’ Marsalforn.
L-għan ewlieni tal-konferenza hu dak li jipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.
Fost il-kelliema se jkun hemm diversi esperti fosthom Dun Joseph Farrugia li huwa d-Direttur taċ-Ċentru tal-Counselling tal-Familja f’Għawdex.

.