Ġieli smajt bl-għajnuna ta’ kellimni.com?

Kellimni.com ilha tmien snin tagħti s-servizz tagħha lil dawk fil-bżonn. 
Dan is-servizz kien tnieda mill-għaqda mhux governattiva SOS Malta,  f’Jum l-Inklużjoni u t-Teknoloġija għal Benesseru tat-Tfal.
Kellimni.com toffri servizz 24/7 ta’ chatonlajn, li jistgħu jagħmlu użu minnu żgħażagħ li għandhom bżonn lil min jismagħhom u jagħtihom sapport. Dan is-servizz huwa kunfidenzjali u bla ħlas. 
Iż-żgħażagħ huma mistiedna jikkuntattjaw nies professjonali għall-għajnuna permezz ta’ SmartMessaging, aċċessibbli permezz tal-appKellimini.com, li tista’ tiġi mniżżla mill-App Store u Playstore, jew minn fuq il-websajt stess. 
Wieħed m’għandux għalfejn jiżvela l-identità tiegħu meta jużadan is-servizz.