Ġieli ħarist lejn il-passjoni mill-għajnejn ta’ Xmun iċ-Ċirinew?

Qatt ħarist lejn il-passjoni mill-għajnejn ta’ Xmun iċ-Ċirinew?
L-Għaqda Għarb Stage Christophers se ttella’ d-dramm Is-Salib tal-Fidwa li jesplora l-esperjenza  li kellu Xmun iċ-Ċirinew tas-salib u l-pasjoni ta’ Ġesù.
Dan id-dramm f’żewġ atti hu miktub minn Joanne Debrincat u għandu d-direzzjoni ta’ Monica Zerafa.
Id-dramm se jittella’ fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Għarb, nhar is-Sibt 8 ta’ April fit-8.15pm u nhar il-Ħadd 9 ta’ April fis-6.15pm.