Ġieli ġibt waħda minn dawn l-iskużi biex ma tmurx ix-xogħol?

Artiklu fuq Business Insider jagħti ħarsa lejn l-iżjed skużi redikoli li ġabu l-ħaddiema biex jieħdu s-sick leave fl-aħħar 12-il xahar.
Fi stħarriġ li għamlet fost ħaddiema, irriżulta li 40% tal-ħaddiema ammettew li gidbu meta ħadu s-sick leave u 23% qalu li ma kellhomx aptit imorru l-uffiċċju u għalhekk iddeċidew li jċemplu sick.
Harris Poll wettqet dan is-survey fost 2,257 professjonist u 3,697 ħaddiem Amerikan bħala kampjun.
L-istess survey staqsa lill-maniġers biex isemmu l-aktar skużi redikoli li ġabu l-ħaddiema biex ma jmorrux ix-xogħol.
Iċċekja jekk qattx ġibt din l-iskuża:

1.   Ħaddiem qal li nesa l-ħwejjeġ f’loundry pubbliku


2.   Ieħor qal li kellu ors fil-parapett u beda jibża’ joħroġ


3.   Ħaddiem qal li bela toothpick huwa u jiekol f’ristorant


4.   Ħaddiem f’uffiċċju qal li l-uniformi mhux tiġih


5.   Ieħor qal li spolda l-mowbajl u weġġa’ jdejh


6.   Kien hemm minn weħħel fil-kelb u qal li bela’ ċ-ċwievet tal-karozza


7.   Ħaddiem ieħor qal li kiser idu meta kien qed jikkompeti ma’ bodybuilder


8.  Ħaddiema qalet li kellha tagħmel appuntament urġenti għall-manicure għax waqgħulha d-dwiefer artifiċjali


9.   Ħaddiem qatt ma sema’ b’popma tal-petrol. Jgħid li ma għandux biżżejjed fuel biex jasal x-xogħol.

F’Malta, l-Assoċjazzjoni għal min iħaddem (MEA) kienet qed tipproponi li ma jingħatax ħlas għall-ewwel jum tas-sick