Ġieħ ir-Repubblika: Minn Donald Tusk għal resident f’Kemmuna

MiIl-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk għal resident f’Kemmuna, kienu fost għadd ta’ persuni li llum ingħataw ġieħ pubbliku mil-President ta’ Malta, bħala rikonoxximent għall-ħidma tagħhom.
Kull sena, f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu Malti.
Din is-sena, il-President tat ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu lil sbatax-il persuna, tlieta minnhom fuq bażi onorarja u persuna wara mewtha. Persuna ngħatat il-Midalja għall-Qlubija wara mewtha. Għaxar persuni oħra ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Tnejn minn dawn tal-aħħar ingħataw l-unur wara mewthom. 

Ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu:

  • Louis Grech – Eksministru
  • George Vella – Eksministru 

Kumpann Onorarju

  • Donald Tusk – President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Uffiċjali

  • Leo Brincat – Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u eksministru
  • Joe Debono Grech – eksministru
  • Louis Galea – eksministru u eks Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Uffiċjali Onorjarji

  • Borislav Tzvetkov Boyanov – Konslu Onorarju għall-Malta fil-Bulgarija
  • Jubran Taweel – Eks Ambaxxatur għall-Palestina f’Malta

Membri

  • John Bencini – Trejdunjonista
  • Joe Camilleri – Spiżjar u eks Segretarju Privat tal-Prim Ministru Dom Mintoff
  • Paul Camilleri Cauchi – Artist Għawdxi
  • Francis Ebejer (wara mewtu) – drammaturgu
  • Reginald Fava – negozjant stabbilit fil-farmaċewtika
  • Dominic Fenech – Professur tal-istorja moderna u kontemporanja
  • Charles Flores – ġurnalist, xandar u poeta
  • Godfrey Anthony La Ferla – Dekan tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija
  • Richard Matrenza – Konsulent Maniġerjali u speċjalista fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali

Midalja għall-Qlubija

  • Lorenzo Attard (wara mewtu) – ħadem biex kiseb ikel u fjuwil fiż-żmien il-gwerra

Midalja għall-Qadi tar-Repubblika

  • Gertrude Abela – Tagħti appoġġ lill-vittmi tal-kanċer
  • Joe Attard (wara mewtu) – Imfakkar għax-xogħol volontarju li wettaq
  • Anna Calleja – Sportiva magħrufa għall-impenn fl-Olimpjadi Speċjali
  • George Farrugia – Isem magħruf fil-Karnival Malti
  • Godfrey Grima – ġurnalist ta’ aħbarijiet lokali u internazzjonali
  • Susan Mulvaney (wara mewtha) – pijuniera fix-xandir l-aktar għall-programmi edukattivi
  • Joseph Seracino – kittieb prolifiku
  • Salvu Vella – Magħruf għall-kemm jgħożż u jipproteġi lil Kemmuna
  • George Zahra – Iddedika ħajtu għall-Karnival u l-festi nazzjonali
  • Charles (Carmelo) Zammit – għalliem tal-mużika

Ritratti: DOI

Aqra hawn il-bijografiji tagħhom