“Ġiegħluni nneħħi siġra tal-Milied minn fuq il-qabar ta’ ibni”

Omm imkissra psikoloġikament u emozzjonalment kellha tneħħi siġra tal-Milied li poġġiet fuq il-qabar ta’ binha. Ir-raġuni li ngħatatilha kienet minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà.
Stephanie Browne ta’ 27 sena mir-Renju Unit, kull ġimgħa żżur il-qabar ta’ binha Oskar li twieled bla ħajja f’Mejju tal-2010, u f’okkażjonijiet speċjali bħall-Milied iżżejjinlu l-qabar.
L-omm, li bħalissa qed tistenna tarbija, issejħet mill-Kunsill ta’ Norwich City biex tneħħi s-siġra wara li kien hemm xi persuni li lmentaw dwarha.
B’qalb miksura, Stephanie tgħid li l-iċken ħaġa li tista’ tagħmel għal Oskar hi li l-qabar tiegħu jidher l-aħjar, “għax mhux se jkun magħna biex jiftaħ ir-rigali”.