Ġie approvat il-Baġit Ewropew 2014-2020

Il-Parlament Ewropew illum approva l-baġit għall-perjodu 2014 – 2020.

Il-baġit jammonta għal €960 biljun ewro u għall-ewwel darba se jaqta’ l-ispejjeż, wara qbil bejn l-istati membri kollha. Dan il-baġit ra tnaqqis ta’ 3.5% fuq il-baġit tal-perjodu preċedenti.

Dawn il-fondi mistennija jiġu investiti fi programmi għall-ħidma kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, appoġġ għal reġjuni inqas sinjuri fl-Unjoni Ewropea, fondi għar-riċerka u żvilupp u appoġġ għall-agrikoltura.

Il-baġit ġie adottat b’537 vot favur. Kien hemm 126 Ewroparlamentari li vvutaw kontra filwaqt li 19 astjenew.

Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz qal li l-approvazzjoni ta’ dan il-qafas finanzjarju multiannwali kien vot importanti. 

 

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.