‘Gidba’ – Yorgen Fenech dwar l-allegazzjonijiet ta’ Thake

Facebook / Xarabank

Read in English.

Yorgen Fenech, s-sid tal-kumpanija bbażata f’Dubaj 17 Black, kap eżekuttiv tal-grupp Tumas u direttur tal-Electrogas ċaħad l-allegazzjonijiet li għamel David Thake fil-konfront tiegħu nhar il-Ġimgħa fuq il-programm Xarabank.

AQRA: Adrian Delia jwieġeb fuq Xarabank

Fi stqarrija Fenech qal li huwa s-soltu ma jwieġibx għar-rapporti fil-midja iżda ħass li f’dan il-każ ma setgħax ma jwieġibx. Fenech sostna li Thake għamel akkużi foloz fil-konfront tiegħu. Fenech kompla jgħid li Thake ma ġab l-ebda evidenza biex jissostanzja dak li allega waqt il-programm.

Fenech kien qed jirreferi għall-mistoqsija li Thake għamel lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt Xarabank. Fil-mistoqsija tiegħu, Thake ssuġġerixxa li Fenech għamel offerta ta’ €50,000 biex l-Ewroparlamentari David Casa ma jerġax ikun elett. Delia ċaħad li huwa nfurmat li din l-offerta qatt seħħet u sostna li huwa ma għandu l-ebda rabtiet ma’ Fenech. Iktar tard matul il-programm kemm Pierre Portelli kif ukoll l-Membru Parlamentari Kristy Debono ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet.

Fenech sostna li din kienet gidba mill-bidu sat-tmiem tagħha filwaqt li saħaq li kienet immirata biex tħammiġlu r-reputazzjoni. Huwa kompla jgħid li filwaqt jipprova joqgħod il-bogħod mid-dibattitu politiku u pubbliku, jasal żmien fejn wieħed jrid jagħmel linja.

Huwa stieden lil Thake biex jissostanzja dak li qal jew jirtira d-dikjarazzjoni li għamel. Fenech temm jgħid li f’nuqqas li ssir waħda minn dawn, se tiġi esposta d-diżonestà ta’ Thake.

“Mur għand il-pulizija u agħtihom l-informazzioni kollha”

Intant David Thake fuq Facebook irrisponda u qal li għandu biss żewġ kelmiet għal Fenech, “17 Black”. Huwa sostna li negozjanti kbar u b’saħħithom qed jaħdmu mal-politiċi Maltin u dan qed ikun ta’ thedida kbira għad-demokrazija f’Malta. Huwa staqsa x’se jiġri bl-informazzjoni meta huwa ntbagħat għand il-Pulizija bid-dettalji li għandu, filwaqt li fakkar li l-Pulizija diġà għandha l-informazzjoni kollha dwar Fenech li kien ser ixaħħam lil Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri permezz tal-kumpanija bbażatha f’Dubaj 17 Black.

Big, powerful and corrupt businessmen colluding with and paying off our politicians are the biggest threat to our wellbeing and democracy.Stand up to them.We owe it to our children and to our grandchildren.

Posted by David Thake on Sunday, June 9, 2019

I have two words for Yorgen Fenech.17 Black

Posted by David Thake on Sunday, June 9, 2019

"Mur ghand il-pulizija u aghtihom l-informazzioni kollha"Il-Pulizija diga ghandha informazzjoni u dokumentazzjoni li…

Posted by David Thake on Saturday, June 8, 2019

AQRA: “Yorgen Fenech kien jiftaħar li l-ftehim tal-power station kien għalih”

AQRA: “Schiavone wera kif għandhom jimxu l-Membri Parlamentari” – Delia