Ġibed €10,000 b’cards foloz mill-ATM

Raġel ta’ 42 mir-Rumanija ġie arrestat wara li hu mifhum li ġibed €10,000 fi flus kontanti minn ATM fl-Imsida permezz ta’ cards ikkuppjati.
Jidher li l-Pulizija għandhom fil-pussess tagħhom filmati mill-kameras tas-sigurtà li juru lis-suspettat iwettaq dan ir-reat.
Ir-raġel huwa akkużat ukoll li għandu l-pussess ta’ data u software mhumiex awtorizzati.
Huwa wieġeb li mhux ħati ta’ dawn ir-reati. L-ebda talba għal ħelsien mill-arrest ma tressqet minħabba li l-akkużat m’għandux indirizz fiss f’Malta.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli bagħat ir-rekords tal-każ lir-reġistratur tal-qorti li għandhom jiġi assenjati lil Maġistrat ieħor.