Gianna Nannini, Johnny Dorelli u Antonella Clerici llejla f’Sanremo

Ritratt: Stefan Brending,

Ir-raba’ serata tas-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo  tixxandar illejla fuq Rai Uno fil-ħin tad-8.40pm, f’xandira diretta mit-teatru Ariston. Illejla se jkunu qed ikantaw l-24 kantanti kbar kif ukoll naraw jikkompeti l-4 parteċipanti li fadal fil-kategorija ta’ Nuove Proposte.

Dawn huma Fasma, Leo Gassmann, Tecla Insolia u Marco Sentieri.

Illejla Amadeus se jerġa’ jkun akkumpanjat fuq il-palk minn Tiziano Ferro u Fiorello, kif ukoll minn Antonella Clerici u Francesca Sofia Novello.

Mhux se jonqsu l-mistednin li llejla huma Dua Lipa, Gianna Nannini, Ghali u Johnny Dorelli.

Il-favoriti s’issa huma Andromeda ta’ Elodie, Rosso di rabbia ta’ Anastasio, Il sole ad est ta’ Alberto Urso, Viceversa ta’ Francesco Gabbani, Fai rumore ta’ Diodato u Ho amato tutto ta’ Tosca.

Ritratt: Uffiċċju stampa RAI

Il-finali ta’ din l-edizzjoni ta’ Sanremo tixxandar għada s-Sibt fuq Rai Uno.

Illejla se nkunu qed naraw il-kantanti l-kbar jinterpretaw dawn il-kanzunetti:

Piero Pelù – Gigante

Elettra Lamborghini – Musica (e il resto scompare)

Enrico Nigiotti – Baciami adesso

Levante – Tikibombom

Pinguini Tattici Nucleari – Ringo Starr

Tosca – Ho amato tutto

Francesco Gabbani – Viceversa

Paolo Jannacci – Voglio parlarti adesso

Rancore – Eden

Junior Cally – No Grazie

Giordana Angi – Come mia madre

Michele Zarrillo – Nell’estasi e nel fango io

Irene Grandi – Finalmente io

Marco Masini – Il confronto

Rita Pavone – Niente (Resilienza 74)

Achille Lauro – Me ne frego

Diodato – Fai rumore

Le vibrazioni – Dov’è

Anastasio – Rosso di rabbia

Elodie – Andromeda

Bugo e Morgan – Sincero

Alberto Urso – Il sole ad est

Riki – Lo sappiamo entrambi

Raphael Gualazzi – Carioca

La finale dei giovani a Sanremo 2020