Gianluca Dingli nnominat sewwieq uffiċjali mal-GP Karts

Is-sewwieq Malti tal-Karting Gianluca Dingli ġie nnominat sewwieq uffiċjali mal-GP Karts.

Wara testijiet uffiċjali f’Diċembru, kemm il-fundatur u propjetarju tal-GP Karting Beppe Cavaciuti u Matteo Zanchi l-manager ta’ Dingli kienu sodisfatti bil-prestazzjoni tiegħu u nnominawħ sewwieq u kollaboratur uffiċjali fl-iżvilupp tal-karts għal- istaġun li ġej fl-Italja.

Gianluca Dingli jipparteċipa regolarment fi tlielaq internazzjonali u spiċċa t-tielet fil-kampjonat Taljan fl’Adria. Huwa spiċċa wkoll fis-sitt post fir-Rok Cup International World Finals ġewwa Lonato fl-Italja.

Il-GP Karts li ġew mwaqqfa fl-1995 mil-pijunier tal-karting internazzjonali Beppe Cavaciuti. Matul is-snin, GP Racing ikkrejat fost l-awqa chassis tal-karting popolari mad-dinja kollha.