Gianluca Dingli jispiċċa r-raba’ f’tellieqa tal-Karting fi Sqallija

Fi tmiem il-ġimgħa, is-sewwieq Malti, Gianluca Dingli ħa sehem fit-Trofeo d’estate fi Sqallija, fiċ-ċirkwit ta’ South Garda Karting.
Dingli ħa sehem fit-tellieqa ROK/senior ROK Class bħala parti mit-tim KGT Racing u kkompeta flimkien ma’ 35 sewwieq ieħor.
Is-Sibt huwa rreġistra l-aqwa ħin ta’ 1.0376 sekondi fil-pole position, waqt li l-Ħadd minkejja ħsarat tekniċi fil-magna tal-kart tiegħu, huwa rnexxielu jispiċċa t-tiġrija fir-raba’ post.
Il-parteċipazzjoni ta’ Ginaluca Dingli fi Sqallija serviet bħala preparazzjoni għall-Finali tat-Tazza Internazzjonali ROK li se ssir f’Lonato fl-Italja f’Ottubru li ġej.