Gianluca Dingli jikkompeti fil-kampjonat tar-Rok Cup f’Adria International Raceway fl-Italja

Read in English.

Is-sewwieq Malti tal-GoKart Gianluca Dingli kien impenjat billi ikkompeta fil-kampjonat tar-Rok Cup f’Adria International Raceway fl-Italja.

Ma kinitx ġimgħa faċli ddominata bi problemi tekniċi u kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. L-abilità u d-determinazzjoni ta ‘Dingli fit-tellieqa finali, taħt xita qawwija, waslet biex spiċċa it-tellieqa fis-6 post fost 12-il sewwieq li ikkompetew fil-klassi tiegħu.

Dingli saq mat-tim Taljan ta ’Zanchi Motorsport u hu kien l-aqwa sewwieq fit-tim tiegħu.

Din it-tellieqa serviet ukoll bħala preparazzjoni għall-avveniment li jmiss fejn Dingli ser jikkompeti fir-Rok Cup International World Finals li ser isiru f’Ottubru fiċ-ċirkwit ta’ South Garda Karting f’Lonato l-Italja. Fuq il-midja soċjali Gianluca Dingli rringrazzja lill-familja tiegħu għall-appoġġ kostanti u lill dawk kollha li emmnu fih.