Gianluca Cilia jingħaqad ma’ Glen Vella waqt kunċert f’Londra

Ritratt: Facebook / Gianluca Cilia

Ilbieraħ filgħaxija f’Londra, sar l-avveniment annwali tal-Eurostarz, kunċert li fih jilqa’ bosta artisti mix-xena tal-Eurovision għal serata li jattendu għaliha bosta dilettanti tal-Eurovision Song Contest.

Glen Vella kien l-artist Malti li uffiċjalment kien mistieden għal dan l-avveniment fejn ovvajment ma naqasx milli jkanta s-silta One Life mill-2011.

AQTA: Glen Vella f’kunċert f’Londra f’Awwissu

Mistiedna wkoll kienet Krista Siegfrids li fl-2013 ipparteċipat għall-Finlandja fl-2013, kif ukoll Axel Hirsoux li fl-2014 ħa sehem għall-Belġju bis-silta Mother, il-kantanta SuRie li s-sena l-oħra rrappreżentat lir-Renju Unit bil-kanzunetta Storms, u anki l-kantant Martin Fitch li għall-Polonja kien ħa sehem bl-isem ta’ Marcin Mrozinski bil-kanzunetta Legenda fl-2010.

B’sorpriża għal ħafna fuq il-palk waqt din is-serata spiċċa jkanta wkoll Gianluca Cilia li fl-2017 irrappreżenta lil Malta waqt il-Junior Eurovision bil-kanzunetta Dawra Tond.