Gianluca Azzopardi Spiteri f’Moska

It-tiratur Gianluca Azzopardi Spiteri flimkien mal-kowċ John Galea bl-MSSF Junior 10M Air Rifle se jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew ġewwa Moska.
L-atleti se jikkompetu għat-titlu Ewropew fid-dixxiplini tal-isparar bl-Air Rifle, Air Pistol u Running Target. 
B’kollox se jkunu 578 atleta minn 45 pajjiż Ewropew li se jieħdu sehem sal-5 ta’ Marzu fl-Olympsky Sports Complex ġewwa Moska.
Dawk li se jieħdu sehem fil-Kampjonat Ewropew, se jkunu qed jilagħbu għall-kwalifikazzjoni fl-Olimpjadi Ġovanili li se jsiru f’Nanjing fiċ-Ċina, bejn is-16 u t-28 ta’ Awissu ta’ din is-sena.