“Għożżu lil martkom; tiegħi tliftha” – Brad Pitt

Wara li ż-żwieġ ta’ 11-il sena bejn Brad Pitt u Angelina Jolie wassal għal divorzju, Pitt tkellem dwar xi dispjaċiri li għandu, u ta xi pariri lill-irġiel miżżewġin biex jgħożżu lin-nisa tagħhom, għax jaslu biex jitilfuhom, bħalma tilef lil Jolie hu.

Huwa elenka dawn il-punti:

  • Qatt tieqfu tinnamraw
Pitt insista fuq kemm hu importanti li l-miżżewġin jibqgħu jittrattaw lil xulxin daqslikieku għadhom namrati, billi joħorġu għal dates waħedhom. Qal lill-irġiel biex jibqgħu japprezzaw u jistmaw lin-nisa tagħhom, u ma jitgħażżnux jew jittraskurawhom.
  • Erġgħu siru ħobbu lil xulxin

Tul iż-żwieġ, hija ħaġa normali li n-nies jinbidlu, li jimmaturaw u jibdew jaġixxu xi ftit differenti. Pitt qal li tul dan il-proċess, il-miżżewġin għandhom jibqgħu jagħżlu lil xulxin ta’ kuljum, u jġeddu l-imħabba tagħhom lejn xulxin. Huwa ta parir lill-irġiel biex jibqgħu jippruvaw jirbħu qalb il-mara ta’ kuljum.

  • Dejjem ara t-tajjeb fiha 

Pitt issuġġerixxa li l-irġiel għandhom dejjem jiffukaw fuq dak li jħobbu fil-mara, għax meta jiffukaw fuq dan, jiġu kkunsmati mill-imħabba u lanqas jibqgħu jagħtu kas tal-affarijiet li jdejquhom.

  • Tippruvax tbiddilha

Skont Brad Pitt, xogħol ir-raġel mhuwiex li jibdel il-karattru ta’ martu, imma li jħobbha jiġri x’jiġri.

  • Qatt twaħħal fiha

Pitt hu tal-fehma li r-raġel qatt m’għandu jwaħħal fil-mara jekk jiffrustra ruħu jew jirrabja magħha, għax dik ir-rabja tkun ġejja minnu. Qal lill-irġiel li dawn l-emozzjonijiet ikunu tagħhom u mhux tal-mara, u b’hekk iridu jieħdu responsabbiltà tagħhom

  • Ħalliha tkun hi

Meta martek tkun imdejqa, mhuwiex xogħlok biex tferraħha, imma xogħlok hu li tħaddanha miegħek u tgħidilha li kollox jgħaddi, u kollox se jkun aħjar, qal Pitt. Qal lill-irġiel ukoll biex jagħtu widen lill-ħsibijiet ta’ marthom, u jtuha spalla fuqiex tistrieħ. Dwar dan qal ukoll lill-irġiel:

  • Taħrabx meta taraha mdejqa

Pitt spjega li l-mara hija mimlija emozzjonijiet li jridu jiġu rispettati, u li r-raġel għandu jidrahom.

  • Daħħakha

Pitt qal kemm hu importanti li l-miżżewġin ma jkunux serji żżejjed u li jkunu jafu jiċċajtaw flimkien, li r-raġel ikun kapaċi jdaħħak lill-mara, għax id-daħk jiffaċilita l-ħajja.

  • Tiha l-ispazju tagħha

Pitt ħeġġeġ lill-irġiel biex ma jibżgħux jagħtu lill-mara l-ispazju li teħtieġ biex tieħu ħsieb lilha nfisha, biex tħossha indipendenti, speċjalment meta jkollhom it-tfal.

  • Kun vulnerabbli

Pitt qal lill-irġiel li m’hemmx bżonn li dejjem jaġixxu daqslikieku jafu kollox, imma huwa tajjeb li juru ftit vulnerabbiltà, u li jaqsmu ħsibijiethom u l-emozzjonijiet tagħhom ma’ marthom.

  • Kun trasparenti

Brad Pitt insista li l-miżżewġin għandhom jaqsmu kollox: minn flus sal-iċken sigriet tagħhom, anke l-affarijiet li jiddejqu jgħidu lil ħaddieħor. Huwa qal li jeħtieġ li l-miżżewġin ma jilbsux maskra ma’ xulxin imma juru lil xulxin x’hemm f’qalbhom.

  • Tinkwetax fuq flus

Il-flus huma logħba, qal Pitt, u jeħtieġ li l-miżżewġin jaħdmu flimkien biex isibu kif jirbħu dik il-logħba, u mhux jaħdmu kontra xulxin.

  • Aħfer mill-ewwel

Pitt insista li l-maħfra tilliberak, u b’hekk, jeħtieġ li l-miżżewġin jaħfru lil xulxin u mhux iġorru t-toqol ta’ dispjaċiri mill-passat.

  • Dejjem agħżel l-imħabba

Brad Pitt ikkonkluda li fl-aħħar mill-aħħar, l-uniku parir li jagħmel id-differenza kollha huwa dan: li l-imħabba tiġi l-ewwel u qabel kollox. Spjega li ż-żwieġ huwa diffiċli, il-ħajja matrimonjali fiha t-toqol tagħha, imma jekk il-miżżewġin jagħmlu kollox b’serenità u mħabba, tasal il-kuntentizza.

Pitt qal li tgħallem ħafna miż-żewġ żwiġijiet tiegħu, l-ewwel wieħed ma’ Jennifer Aniston u l-ieħor ma’ Angelina Jolie, imma xi drabi ħa t-tagħlimiet meta kien tard wisq. Huwa spjega li għadu qed jitgħallem, u lest li dan it-tagħlim jerġa’ japplikah jekk ‘il quddiem, jerġa’ jiżżewweġ.