Għotja waħda tnaqqas mit-tbatija ta’ ħaddieħor…

Hekk kif riesqa d-Duluri, ħafna jinnutaw kampanji u inizjattivi relatati mat-tema tat-tbatija. Wieħed tajjeb li jaħseb ftit fit-tbatija li għaddejjin minna l-persuni li għal xi raġuni jew oħra jeħtieġu d-demm kemm jista’ jkun malajr.
Magħhom ibatu wkoll il-qrabat.
Għalhekk, dil-ġimgħa aqbeż qabża saċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa, li jkun miftuħ 24/7 mit-8am sas-6pm.
L-Għawdxin jistgħu jirrikorru l-Outpatients tal-Isptar Ġenerali nhar it-Tlieta, 11 ta’ April, bejn is-1pm u l-5pm.