Għotja ta’ kotba lill-Kulleġġ Santa Margerita

Il-kulleġġ Santa Margerita bbenefika, u ser jibqa’ jibbenefika, minn għotja ta’ kotba kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. 
Dan sar magħruf waqt ċerimonja li saret fl-Iskola Primarja ta’ Bormla, fejn il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri ppreżenta l-għotja ta’ din s-sena lill-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria McNamara, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Chris Agius u l-Kapijiet tal-Iskejjel Primarji tal-Kulleġġ.
Din is-sena l-kotba kienu immirati għall-istudenti tal-Kindergarten, filwaqt li s-sena d-dieħla tkun l-ewwel klassi li tibbenefika minn din l-għotja. 
Hekk, fi spazju ta’ seba’ snin, l-iskejjel ikollhom kotba għall-etajiet kollha.
Il-kulleġġ Santa Margerita jilqa’ fih studenti bi problemi differenti minn Kulleġġi oħra. 

Ritratt: DOI – Pierre Sammut