Għotja mill-Komunità Musulmana Ahmadiyya lid-Dar tal-Providenza

Laiq Ahmed Atif, il-President tal-Komunità Musulmana Ahmadiyya f’Malta, flimkien mal-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, Marie Louise Coleiro Preca, ippreżentaw għadd ta’ kaxxi tal-ikel lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.

Il-komunità Ahmadiyya, li hija mxerrda mad-dinja kollha, torganizza attivitajiet ta’ karita’ qabel jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Eid-ul-Fitr fi tmiem ir-Ramadan.