Read in English.
Din il-ġimgħa Chev. Maurice Mizzi, f’isem l-iSpiro Mizzi Foundations, ta’ donazzjoni ta’ mijiet ta’ kutri, bed covers mill-isbaħ, imħaded, cushions u platti lil numru ta’ istituzzjonijiet finantropiċi fil-Kottonera.
Dawn l-istituzzjonijiet kienu dawk fl-Iskola Primarja tal-Isla, fil-Parroċċa tal-Isla, Dar Sant’ Anna – Ċentru kontra l-Vjolenza Domestika u c-Ċentru tal-Katekiżmu ta’ San Lawrence fil-Birgu.
L-oġġetti kollha nagħataw mill-Mellieha Bay Hotel li qed tistenna li tinbeda. Wara mistenni li jkun hemm bini mill-isbaħ f’dak is-sit uniku.
Ħafna minn dawk li jaħdmu f’dawn iċ-ċentri jaħdmu ħinijiet twal bla ma jitħallsu għax jagħmlu dan b’mod volontarju.
L-iSpiro Mizzi Foundations u Malta kollha huma tassew grati lejn il-ħidma iebsa li jagħmlu dawn il-voluntiera biex jgħinu eluf ta’ tfal li jgħixu fil-Kottonera.
Għad baqa’ xi affarijiet li għadhom ma tqassmux u li se jingħataw b’donazzjoni lil istituzzjonijiet oħrajn fil-Kottonera.
Chev. Maurice Mizzi rringrazzja lill-maniġment u lid-diretturi tal-Mellieha Bay Hotel għal għotja ġeneruża tagħhom.