Għoti tad-demm illum il-Ħadd fix-Xewkija u fiż-Żejtun

Il-pandemija tal-COVID-19 ġabet magħha ħafna bidliet fil-prattiċi ta’ kif wieħed jaħdem u ma setgħax jonqos li s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ma kellux jagħmel xi bidliet ukoll. Fost dawn il-bidliet importanti li nsemmu li s-Servizz qed jitlob lil kulmin ser jersaq biex jagħti d-demm biex jiġi waħdu, jew ma’ persuna, jew persuni li ser jagħtu d-demm biss. Dan għandu l-għan li jiffaċilita li tinżamm ir-regola tad-distanza soċjali u tkun imħarsa s-saħħa tad-donaturi u l-ħaddiema fil-qasam tad-donazzjoni tad-demm.

Intant, fid-dawl li riserva tad-demm tinħtieġ tefgħa sewwa ‘l fuq, is-Servizz jappella lil kulmin hu f’saħħtu biex jersaq u jagħti d-demm:

·       fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.  

·       fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 30 t’Awwissu ser ikun fi Pjazza Gorgor Bonici li tibsab biswit il-knisja parrokkjali taż-Żejtun.  Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm.

·       fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 30 t’Awwissu ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Noti importanti!

  • Minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi protett kulmin jersaq biex jagħti d-demm, kif ukoll il-professjonisti tas-Servizz. 
  • Kulmin ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju. 
  • Kulmin ser jersaq biex jagħti d-demm hu mitlub biex jiġi waħdu, jew ma’ persuna, jew persuni li ser jagħtu d-demm biss.