Għoti tad-demm fil-Qawra, Żabbar u Xewkija

Fl-aħħar ta’ din  il-ġimgħa ser nagħtu bidu għal 4 ijiem li jwasslu sal-festa tal-Vitorja. Għal din l-okkażjoni, u din is-sena f’xenarju ferm differenti minn ta’ snin oħra, s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jieħu l-opportunità biex jawgura l-festa t-tajba li dawk kollha li huma mill-Isla, min-Naxxar, mill-Mellieħa, kif ukoll mix-Xagħra Għawdex. Is-Servizz jawgura wkoll jiem ta’ mistrieħ lil min għandu l-opportunità li gawdi tmiem il-ġimgħa twil li ġej, u qabel ma jintensifikaw il-preparamenti għall-iskola jħeġġeġ biex kulmin hu f’saħħtu biex jersaq u jagħti d-demm:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 6 ta’ Settembru ser ikun fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Qawra. Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li nhar It-Tlieta 8 ta’ Settembru ser ikun fi Pjazza Medajtriċi, Ħaż-Żabbar. Il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 8 ta’ Settembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Huwa importanti li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Noti importanti! 

Minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi protett kulmin jersaq biex jagħti d-demm, kif ukoll il-professjonisti tas-Servizz. 

  • Kulmin ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju.