​Għomru l-ħabs wara li qatel persuna f’Ħal Far

Ivorjan ta’ 40 sena weħel għomru l-ħabs wara li nstab ħati tal-qtil ta’ persuna mill-Mali f’Ħal Far fl-2010.
Il-ġurati sabu lil Fodie Keita ħati tal-qtil ta’ Adame Diabate ta’ 30 sena, b’seba’ voti kontra vot wieħed.
Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Antonio Mizzi semgħet kif il-katavru ta’ Diabate nstab midfun f’ħofra wara li kellhom argument bejniethom li matulu nstabu daqqiet ta’ sikkina fuq il-vittma.
L-Ivorjan ġie akkużat ukoll li seraq il-mowbajl tal-persuna li qatel, tant li s-Sim Card tiegħu nstabet fil-mowbajl tal-Ivorjan.