Għomor il-ħabs hija forma oħra ta’ sentenza ta’ mewt – Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku appella biex f’kull stat titneħħa l-piena kapitali “fil-forom kollha tagħha” u biex ikun hemm titjieb fil-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet.
Franġisku wassal dan l-appell waqt udjenza li kelli ma’ membri mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Liġi Kriminali
Fid-diskors imqanqal, il-Papa saħaq li sentenza ta’ għomor il-ħabs hija wkoll forma oħra ta’ sentenza ta’ mewt.
Tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li ssir aktar ħidma biex jiefqu t-traffikar ta’ persuni u l-korruzzjoni.
Il-Papa appella lill-membri tal-assoċjazzjoni biex filwaqt li jsaħħu l-pieni legali, iżommu quddiem għajnejhom u jirrispettaw id-dinjità umana.