Għomor il-ħabs għall-omm li vvelenat tarbija tat-twelid

L-omm ta’ 22 mill-Ingilterra li qatlet lit-tarbija tat-twelid tagħha wara li vvelenatu billi wadbittlu pilloli fil-ħalib u fgatu għadha kemm weħlet għomorha l-ħabs. 
Hannah Turtle, kienet waqqfet lit-tifel tagħha milli jieħu nifs tlett darbiet f’temp ta’ għaxart ijiem għax insistiet li kienet qed tisma’ ilħna jgħidulha li kienet omm ħażina. 
Għaldaqstant hi u titkellem mal-ħaddiema soċjali fuq il-qtil ta’ binha, kellha tbissima fuq wiċċha.
Wara li l-mara ammettiet li qatlet lil binha quddiem il-Qorti, hi ngħatat sentenza għal għomorha l-ħabs, b’minimu ta’ 14-il sena. Hi weħlet ukoll sitt xhur oħra ħabs minħabba krudelta fuq it-tfal u 12-il xahar ieħor minħabba li abbużat minn xi sustanzi mediċinali.