Għomor il-ħabs għal 6 ġurnalisti Torok

Qorti fit-Turkija tat sentenza ta’ għomor il-ħabs lil sitt ġurnalisti, dwar l-allegati rabtiet ma’ dawk li kkomplottaw li jaħtfu l-istat f’Lulju tal-2016.
Fost is-sitt ġurnalisti, inkluż żewġ aħwa prominenti, instabu ħatja b’rabtiet mal-kleriku Iżlamiku Fethullah Gulen, li kien involut f’dan l-attentat kolp ta' stat.
Instabu ħatja wkoll li ppruvaw jeqirdu l-ordni kostituzzjonali Torka jew li jdaħħlu kostituzzjoni ġdida.
L-attentat kien minħabba li l-grupp warajh ħass li l-proċess demokratiku ma baqax jeżisti fil-pajjiż, u biex jassigura l-ħarsien tal-libertà u tad-drittijiet umani.
Il-pjan ta’ kolp ta’ stat kien falla, bil-konsegwenza li nħasdet il-ħajja ta’ 250 persuna. Eluf ta’ persuni kienu ġew arrestati. 
Ritratt: Waħda mill-ġurnalisti li ntbagħtu l-ħabs