Għomor ħabs għal Ronnie Azzopardi magħruf bħala ‘is-Sufu’

Ronnie Azzopardi ta’ 41 minn Bormla weħel għomor ħabs wara li ġie akkużat li kkaġuna feriti gravi fuq Angela Bondin. Din tal-aħħar mietet wara splużjoni ta’ bomba fiż-Żejtun lura fl-2005.

Ronnie Azzopardi magħruf aktar bħala ‘s-Sufu’, ingħata sentenza ta’ għomor ħabs b’seba’ voti kontra tnejn talli weġġa’ serjament lil Tessie Grima u Angela Bondin ta’ 48 sena. Dawn it-tnejn kienu jinsabu fit-Triq jitkellmu meta ħadet il-bomba. Il-bomba kienet tinsab ġo garbage bag.