Għolla l-paga minima b’50%

Il-Gvern Venezwelan għadu kif ħabbar li se jgħolli l-paga minima b’50%.
Il-President tal-pajjiż, Nicolas Maduro, sostna li dal-pass qed jieħdu sabiex jipproteġi l-impjiegi u d-dħul minnhom tal-poplu tiegħu.
Minkejja din it-tattika, l-Oppożizzjoni kkritikat lil Maduro talli fi kliemha mexxa b’mod żbaljat l-ekonomija tal-pajjiż, li għandu ħażniet kbar ta’ żejt.
Barra minn hekk, bħalissa l-Venezwela qed tesperjenjza rati għoljin ħafna ta’ inflazzjoni, u l-Fond Monetarju Internazzjonali qed ibassar li dis-sena tilħaq 1600%.