Għodda ġdida biex tiftaħ safe malajr

Tim ta’ hackers irnexxielhom jiftħu safe ta’ kumpanija tas-sigurtà rinomata fuq palk f’Las Vegas permezz ta’ robot.
It-tim minn SparkFun Electronics irnexxielhom jiftħu s-safe f’madwar 30 minuta.
Ir-robot li użaw kapaċi jnaqqas il-possibilitajiet ta’ kombinazzjonijiet minn miljun għal 1,000, biex imbagħat tipprova l-aħħar 1,000 sakemm is-safe jinfetaħ.
Nathan Siedle, membru tat-tim ta’ SparkFun, qal li għalih din kienet l-aktar esperjenza tal-biża’ għax kien hemm ħafna affarijiet li setgħu marru ħażin quddiem l-udjenza li kellhom ta’ eluf ta’ hackers.
It-tim qal li s-safe seta’ nfetaħ qabel, pero riedu jimlew ħin għal esebizzjoni ta’ tliet kwarti.
Ir-robot hu jikkonsisti f’partijiet magħmula minn 3D printers u jiswa biss $200.