Għix ftit mill-ħajja missjunarja ta’ Dun Ġorġ Grima

Il-ħajja missjunarja ta’ Dun Ġorġ Grima se tkun tista’ tgħixha permezz tal-musical Grazzi Dun Ġorġ, li se jittella’ fit-teatru tal-Oratorju Don Bosco fi tmiem din il-ġimgħa.

Il-musical, li se jsir bejn it-8 u d-9 ta’ Frar, qed isir mill-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, liema Moviment twaqqaf minn Dun Ġorġ innifsu.

Il-musical inkiteb b’mod oriġinali minn Christian Abela. Il-mużika nkitbet kollha minn Joe Brown u Mariella Spiteri Cefai. Il-produzzjoni se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Jamie Camilleri u l-korijiet u l-vuċijiet se jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Antonella Rapa. Il-mużika se tkun mill-band lokali D capitals taħt id-direzzjoni ta’ George Apap. Il-parteċipanti huma kollha Għawdxin.

Illum, il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu huwa mmexxi minn Dun Alex Cauchi, missjunarju mill-Għarb, li jaħdem bla heda biex isiru proġetti b’risq l-ifqar fost il-fqar.

Il-Ministeru għal Għawdex qed jgħin finanzjarjament biex tittella’ din il-produzzjoni.