Għira bejn tliet nisa minħabba raġel misterjuż

Godwin Scerri u Karmen Azzopardi

Mil-lum l-Erbgħa fit-3pm, TVM se jibda jxandar is-serje fi tlett puntati bl-isem ta’ Il-Leħen li Dewa Mill-Bir. Din hi produzzjoni li kienet ixxandret għall-ewwel darba f’Ġunju tal-1980. Huwa kapolavur tad-drammaturgu Taljan Ugo Betti. Bi traduzzjoni ta’ ta’ Charles Abela Mizzi, Betti kien oriġinarjament semma dan id-dramm klassiku “Delitto all’isola delel Capre”.

Il-Professur Joe Friggieri kien ipproduċa di is-serje u d-direzzjoni televiżiva kienet ta’ Albert Marshall. Fiha naraw biss ħames atturi: Doreen Grech, Jane Marshall, Karmen Azzopardi, Karmenu Gruppetta u Godwin Scerri.

Fuq il-Gżira tal-Mogħoż jasal raġel misterjuż, Anġlu. Hu kien inbagħat minn Neriku, ir-raġel ta’ Agatha, illu mejjet. Ma’ Agatha jgħixu wkoll Pija u Silvja. Ħajjithom iqattgħuha ‘bogħod miċ-ċiviltà – ħajja bla ħajr li tkidd u tifni.

Imma x’mar jagħmel Anġlu għand dawn it-tlett nisa?

Bejn in-nisa tinbet l-għira għax jixtiequh. Iżda ma jdumux ma jintebħu li ħadd minnhom ma jista’ jieħdu u għalhekk jiddeċiedu li jilagħbu ċajta goffa.

Kollox hu marbut mal-bir b’xibrejn ilma fid-dar tagħhom. Meta Anġlu jinżel biex iġib żewġ fliexken inbid, huma jaqtagħlu l-ħabel…

It-tieni u t-tielet parti jixxandru għada l-Ħamis u pitgħada l-Ġimgħa, dejjem fit-3pm fuq TVM.