“Għinu lill-vittmi tal-għargħar fl-Indja” – Il-President

OPR

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca ħeġġet lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex jgħin lill-vittmi tal-għargħar ġewwa Kerala fl-Indja u b’hekk juri kemm verament iħaddan il-valuri tas-solidarjetà u tal-ġenerożità.

L-inizjattiva bdiet minn SOS Malta, bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-President, il-World Malayalee Foundation, u l-Malta Malayalee Association.

Il-President ta’ Malta sostniet li din hija opportunità sabiex il-Maltin jgħinu lill-familji ta’ Kerala, li wħud minhom għandhom qraba tagħhom jaħdmu f’Malta. Il-komunità tinkorpora mal-2,000 persuna li l-President sostniet kollha kkontribwixxew lejn il-prosperità soċjo-ekonomika tal-pajjiż.

Jekk tixtieq tagħti donazzjoni tista’ tagħmel dan permezz ta’ depożitu fil-kontijiet bankarji ta’ SOS Malta fil-banek APS, HSBC u BOV, permezz ta’ SMS fuq 50616125 (€4.66) jew 50619226 (€11.65), online fuq www.sosmalta.org/donate_now jew bil-posta għand SOS Malta, 10, Triq il-Ward, Santa Venera.