Għinhom jitimgħu 300 qattus abbandunat għall-Milied

L-għaqda Carers for Stray and Abandoned Felines qed titlob sabiex persuni li għandhom iċ-ċans jagħtu l-għajnuna tagħhom sabiex jitimgħu mat-300 qattus abandunat biċċa tiġieġa għal żmien il-Milied.

Fuq Facebook l-għaqda spjegat li dawn il-qtates m’għandhomx dar u s-sħana tal-fireplace, ma għandhomx familja li tħobbhom u tfissidhom, u għaldaqstant tixtiew li ttihom ftit imħabba fi żmien il-Milied.

L-għaqda qed titlob lill-pubbliku sabiex jipprovdi biċċiet tat-tiġieġ. Spjegaw li jifhmu li mhux kulħadd faċli għalih li jgħin billi jmur personalment fis-santwarju.

Jekk tixtieq tagħti donazzjoni tista’ tagħmel dan permezz ta’ SMS:

  • 50619243 for a donation of € 11.65
  • 50618069 for a donation of € 4.66
  • 50617353 for a donation of € 2.33

Jew inkella permezz tal-Internet Banking BOV 400 198 762 98 jew Paypal fuq csafmaltafunds@gmail.com. Jekk se tagħti donazzjoni permezz ta’ cheque irid ikun indirizzat lil: CSAF.