Filmat: Għin lill-YMCA Malta tgħin lil oħrajn

Dan l-artiklu huwa parti mill-kampanja 'Ma Kienx Hemm Post Għalihom fil-Lukanda' ta' Newsbook.com.mt.

Bħal ma nafu, is-sena 2020 kienet sena diffiċli għal kulħadd. Kienet sena mimlija biża’, tħassib, inċertezzi, uġiħ u telf. Ħafna minn ħutna tilfu membri tal-familja u ħbieb. Oħrajn tilfu xogħlohom, u oħrajn tilfu darhom.

Matul din is-sena, il-YMCA Malta rċeviet 520 talba mingħand ħaddiema soċjali għall-individwi u familji, fosthom tfal, li għal diversi raġunijiet, fosthom problemi familjari, ta’ saħħa u finanzjarji, tilfu darhom.

Permezz ta’ diversi programmi offruti mill-YMCA Malta, fosthom dak residenzjali u psikoterapewtiku, fl-aħħar sena, il-YMCA Malta offriet l-għajnuna tagħha lil 55 individwu u familja, fosthom familji bit-tfal, sabiex jerġgħu jibnu ħajjithom, jintegraw lura fil-komunita’ u jgħixu ħajja indipendenti.

Barraminnhekk, il-Loneliness Response Line, li ġie mniedi f’Marzu bħala risposta għall-pandemija globali, tat sapport lil kwazi 800 persuna.

Bħal ħafna organizzazzjonijiet volontarji oħra, il-YMCA Malta tinsab f’qagħda finanzjarja diffiċli minħabba li ħafna proġetti u attivitajiet kellhom jiġu mwaqqfa minħabba l-COVID-19.

Għaldaqstant, dan il-Milied, il-YMCA Malta għandha bżonn l-għajnuna tiegħek sabiex tkompli tgħin lill-individwi u l-familji li jgħixu fir-residenzi tagħha jerġgħu jiksbu lura l-identita’ tagħhom.

Inti tista’ tgħin billi tibgħat SMS fuq 50618088 sabiex tagħmel donazzjoni ta’ €4.66 jew fuq 50619212 għall-donazzjoni ta’ €11.65. Anke l-iżgħar donazzjoni tista’ tagħmel differenza.

Dan l-artiklu huwa parti mill-kampanja ‘Ma Kienx Hemm Post Għalihom fil-Lukanda’ ta’ Newsbook.com.mt.

Muntaġġ: Sarah Salafia