Għin lill-Pulizija ssib lil din l-anzjana

Read in English.

Il-Pulizija avżat lill-pubbliku biex jgħin fit-tfiċċija ta’ Imelda Maria Frendo, mara ta’ 77 sena residenti l-Qawra, li ġiet irrappurtata nieqsa.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li dehret l-aħħar fl-inħawi tal-Gżira.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-mara, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.