Tinstab qawwija u sħiħa l-anzjana bid-dimensja

Read in English.

Instabet qawwija u sħiħa l-mara anzjana li tbati bid-dimensja u li għal xi ħin kienet mitlufa.

Il-familja għamlet appell pubbliku fuq Facebook. Fuq post fuq Facebook, it-tifla tagħha qalet li ommha ħarġet mid-dar waqt li bintha kienet ix-xogħol u n-neputi tagħha kien jinħasel.

Jidher li l-mara kienet fiż-żona qrib San Ġiljan iżda jista’ jkun li mxiet aktar ‘il bogħod.