Għin lill-Pulizija ssib lil din it-tifla

Il-Pulizija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab Mia O’Connell, tifla ta’ 12-il sena.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li t-tifla dehret l-aħħar illum lejn St. Catherine Secondary School f’Pembroke għall-ħabta tat-7.50 am. It-tifla għandha għajnejn blu u xagħar nokkli.

L-aħħar li dehret kienet liebsa uniformi tal-iskola blu bi strixxa ħamra fil-ġenb. Kellha wkoll baskett griż.

Kull min għandu informazzjoni dwar it-tifla jista’ jċempel lill-Pulizija fuq 21 22 4001 jew 119 anke b’mod kunfidenzjali. L-informazzjoni tista’ tingħata wkoll fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan.

L-istess tifla kienet diġà ġiet irrappurtata darb’oħra f’Diċembru li għadda. Hi kienet instabet fuq il-vapur tal-Gozo Channel.