Għin lill-Pulizija ssib lil din it-tfajla

Il-Pulizija bħalissa qed tfittex tfajla ta’ 14-il sena li ġiet irrappurtata nieqsa lbieraħ.

Nathea Xuereb dehret l-aħħar fis-7 ta’ Settembru għall-ħabta tat-2.45pm fl-inħawi ta’ Santa Luċija. Hi kienet liebsa leggings suwed u flokk iswed bil-griż bil-kelma ‘sochic’ fuqu. It-tfajla għanha għajnejha ċilesti u xagħarha kannella u ta’ spiss tkun Ħal Tarxien, lejn Joanne Gardens u l-Belt.

Kull min għandu informazzjoni qed jintalab jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq 21224001 jew inkella 119. Wieħed jista’ jgħaddi informazzjoni wkoll f’kull għassa tal-Pulizija.