Għin lill-Pulizija ssib lil din it-tfajla

Read in English.

Luana Borg, tfajla ta’ 15-il sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. Din mhix l-ewwel darba li t-tfajla ġiet irrappurtata nieqsa.

Il-Pulizija qalet li l-aħħar li dehret, Luana kienet liebsa hoodie roża u ġakketta sewda u kienet qed iġġorr backpack iswed. Hija tilbes burka biex ma tintgħarafx.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew
fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.