Għin lill-Pulizija ssib lil din it-tfajla

Read in English.

Il-Pulizija qiegħda tfittex lil Luana Borg, tfajla ta’ 15-il sena li ġiet irrappurtata nieqsa.

Hi dehret l-aħħar nhar il-Ġimgħa li għadda, it-3 ta’ Lulju, għall-ħabta tat-8pm f’Ħaż-Żebbuġ.
L-aħħar li dehret hija kienet liebsa flokk qasir ta’ lewn peach, jeans blu, żarbun iswed u
kellha magħha basket iswed.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.