Għin lill-Pulizija ssib lil din it-tfajla

Read in English.

Il-Pulizija qed tfittex lil Shakira Degabriele, li għandha 15-il sena wara li din ġiet irrappurtata nieqsa. Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li t-tfajla bidlet il-kulur ta’ xagħarha.

Kull min għandu xi informazzjoni dwarha qed jintalab jgħaddiha lill-Pulizija, anke jekk b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119. Inkella jista’ jżur l-eqreb Għassa tal-Pulizija.