It-tfajla nieqsa tinstab qawwija u sħiħa

Aġġornat 04:50 PM

Read in English.

Il-Pulizija avżat li t-tfajla li ġiet irrappurtata nieqsa nstabet qawwija u sħiħa.

Kyra Hegarty, li għandha 15-il sena, għandha għajnejha ċilesti u xagħarha kannella twil. Hija kienet irrappurtata nieqsa, iżda l-Pulizija ma speċifikatx meta l-aħħar li ntlemħet it-tfajla jew fejn.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din it-tfajla ntalab jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali: 21224001/119 jew fl-eqreb għassa tal-Pulizija.