Aġġornata: Tinstab il-mara li kienet nieqsa

Facebook - Charlene Galea

Instabet il-mara ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar li ġiet rappurtata nieqsa.

Fuq il-profil tal-Facebook tagħha issa jidher messaġġ li jgħid li tinsab qawwija u sħiħa.

Facebook

Aktar kmieni…

L-aħħar kuntatt tal-mara ma’ familtha kien ilbieraħ fid-9.30pm, meta kienet qiegħda San Pawl il-Baħar stess. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn nies li jafu lill-mara.

Numru ta’ membri tal-familja tagħha kienu kitbu fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, jistaqsu jekk rahiex xi ħadd, għaliex mhix taqbad il-mowbajl.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ma kienx hemm rapporti ta’ persuni neqsin sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.