Għin lill-Pulizija ssib lil din il-mara li tbati bid-dimensja

Il-Pulizija ħarġet appell lill-pubbliku sabiex tinstab mara li ġiet irrappurtata nieqsa. Qalu li l-mara tbati mill-kundizzjoni tad-dimensja.

Mary Muscat intlemħet l-aħħar fis-17 t’April fil-11.35pm. Hija ġiet irrappurtata nieqsa fit-18 t’April fit-3pm.

Kull min għandu xi informazzjoni hu mitlub jgħaddiha lill-pulizija billi jċempel 21224001 jew 119, jew billi jmur l-għassa tal-pulizija tal-Qawra. Dan jista’ jagħmlu b’mod kunfidenzjali.