Għin lill-Pulizija ssib lil din il-mara

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jgħin lill-Pulizija biex issib il-mara li ġiet irrappurtata nieqsa lbieraħ.

Ruth Anne Rech ta’ 66 sena dehret l-aħħar fl-10.30am tal-bieraħ f’Raħal Ġdid. Kienet liebsa flokk roża, qalziet iswed u sandli.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-mara, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.  L-informazzjoni tista’ tingħata wkoll fi kwalunkwe għassa tal-Pulizija.