Aġġornata: Jinstab qawwi u sħiħ ir-raġel irrappurtat nieqes

Carmel Spiteri ta’ 74 sena, li ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija, instab qawwi u sħiħ.

Il-Pulizija ħarġet stqarrija li fiha ħabbret li r-raġel jinsab f’kundizzjoni tajba.

Qabel, kien ġie rrappurtat li huwa deher l-aħħar ilbieraħ, 5 t’April, għall-ħabta tas-6pm, ġol-Knisja parrokkjali ta’ Birżebbuġa. L-aħħar li deher, Carmel kien liebes ġakketta kannella, qalziet blu u beritta griża. Huwa għandu nuċċali tal-vista.

Il-Pulizija rringrazzjat lin-nies tal-għajnuna.