Għin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel

​Raġel ġie rrappurtat nieqes nhar it-Tnejn li għadda.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel li jidher fir-ritratt huwa Gianluca Escobar ta’ 29 sena.
Gianluca, li għandu għajnejh kannella u xagħru qasir iswed, deher l-aħħar fl- 4 ta’ Marzu, fl-inħawi ta’ Tas-Sliema. Jista’ jkun li jinsab ukoll fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119. 
Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.
Tista' tgħin lill-Pulizija billi xxerred dan ir-ritratt.