Alfred Tanti jinstab qawwi u sħiħ

Aġġornat 04:49 PM

Read in English.

Il-Pulizija ħabbret li Alfred Tanti nstab qawwi u sħiħ. Dan ftit tas-sigħat wara appell għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab ir-raġel li kien irrappurtat nieqes.

Il-Pulizija rringrazzjat lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex jinstab ir-raġel.

Aktar kmieni…

Fi stqarrija spjegat li Alfred Tanti, raġel ta’ 73 sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. Hu deher l-aħħar ilbieraħ f’Bormla u kien liebes ġakketta blu, qalziet iswed u beritta griża.

Kull min kellu xi informazzjoni dwaru ntalab jgħaddiha lill-Pulizija.