Arrestat ir-raġel li kien qiegħed jiġi mfittex mill-Pulizija

Aġġornat 07:50 PM
arrests

Read in English.

Il-Pulizija ħabbret li r-raġel li kien qed jiġi mfittex aktar kmieni llum ġie arrestat.

Ir-raġel kien qiegħed jiġi mfittex mill-pulizija minħabba li hu għandu jidher il-Qorti.

Il-Pulizija rringrazzjat lil kull min għen biex dan ir-raġel jiġi arrestat.

Aktar kmieni:

Fi stqarrija, il-Pulizija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab raġel. L-isem u l-età tar-raġel mhux ikkonfermata u l-pulizija talbet lill-pubbliku biex ma jpoġġix ismijiet fil-kummenti.

Kull min għandu informazzjoni dwar fejn jista’ jinstab, din l-informazzjoni għandha tiġi mgħoddija permezz ta’ messaġġ privat permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 119 / 21224001 u jiġi kwotat in-numru 5/2020.

https://www.facebook.com/themaltapoliceforce/photos/a.489182811165282/3698018703614994/