Jinstab ir-raġel imfittex mill-Pulizija

Aġġornat 05:15 PM

Read in English.

Oleksandr Gonzhezharov li kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija nstab qawwi u sħiħ.

Illum il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil Oleksandr Gonzhezharov. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Gonzhezharov ġie rrappurtat nieqes ilbieraħ. Hu għandu 26 sena u huwa mill-Ukrajna.

Il-Pulizija qalet li Gonzhezharov għandu xagħru bjond u huwa persuna ta’ statura twila.

Kull kellu informazzjoni dwar dan ir-raġel intalab jgħaddiha lill-Pulizija, anke
b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001, fuq in-numru 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Għall-5pm il-Pulizija ħabbret li nstab Gonzhezharov. Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.